Hekk kif qed joqrob il-Milied u jizdiedu l-okkażjonijiet u l-attivitajiet soċjali, li normalment ikunu jinkludu xi grokk ‘l hawn u ‘l hemm, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ħaseb biex għal sena oħra, iniedi kampanja bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-alkoħol u s-sewqan.
Dettalji minn din il-kampanja ingħataw f’Konferenza tal-Aħbarijiet li ġiet indirzzata minn Charmaine Gauci, li tmexxi d-Direttorat. Hi qalet li jekk se niddevertu għandna u nixorbu, għandna naraw li ma nikkunsmawx alkoħol biex ma nipperikolawx ħajjitna u ħajjet ħaddieħor.
Fost l-oħrajn ġie mniedi poster ġdid ‘Jekk Se Tixrob, Issuqx’, kif ukoll filmat qasir bil-għan li jqajjem kuxjenza.
Preżenti għat-tnedija tal-kampanja kien hemm ukoll rappreżentanti minn Transport Malta, Touring Malta, il-Protezzjoni Ċivili, l-Aġenzija Sedqa u l-Korp tal-Pulizija, li lkoll qed jipparteċipaw f’din il-kampanja.
Waqt il-konferenza tkellem ukoll l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Sandro Zarb li qal li partikolarment għal dan iż-żmien, il-Pulizija se tkun qed iżżid l-‘ispot cheks’ madwar Malta minħabba l-ammont ikbar mis-soltu t’attivitajiet ta’ divertiment li jiġu organizzati għall-festi.
//= $special ?>