Bulgaru tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja mixli li faqa’ x-xedaq ta’ Bulgaru ieħor waqt ‘ġlieda li seħħet f’ Wied il-Għajn, il-Ħadd li għadda filgħodu. Yuliyan Borislavov Toskov ta’ 39 sena, residenti Wied ilk-Għajn stess, wieġeb mhux ħati li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Velichko Asenov Dimov fi Pjazza Dun Tarcis Agius, f’Wied il-Għajn.
L-Ispettur Robert Said Sarreo li ressaq lil Toskov xlih li kiser l-għada tax-xedaq tal-kompatrijott tiegħu u li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied. Il-Maġistrat Bugeja ma laqax it-talba għa liberta’ proviżorja tal-akkużat peress li għad irid jixhed l-allegat vitma. Għal Toskov deheret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Yana Micallef Stafrace.
//= $special ?>