…uħud minnhom kienu rriżenjaw fit-tmeninijiet
Mill-elezzjoni ta’ Marzu tal-2013 sat-3 ta’ Diċembru 2014, kien hemm 75 eks-membru tal-Korp tal-Pulizija li reġgħu ddaħħlu fil-Korp.
L-etajiet ta’ dawn li ddaħħlu lura fil-Korp wara l-elezzjoni jvarja. Kien hemm 13 fl-età bejn 56 u 60 sena; 45 fl-età bejn 45 u 55 sena; u 17 li kienu fl-età ta’ 44 sena jew anqas.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, meta wieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Minn fost dawk li ddaħħlu lura fil-Korp kien hemm min kien ilu li rriżenja mill-Korp sa mill-1986, l-1987, l-1988, l-1989, u wara dan in-nuqqas kollu mill-Korp, illum qegħdin jerġgħu jservu fil-Korp.
//= $special ?>