Lokali

Aġġornata: Jinsterqu flus u jitkissru vetrini u bambin fil-Millennium Chapel

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan qed ikomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar is-serqa u fis-sigħat li għaddew ġabru numru ta’ filmati minn CCTV cameras, li għandhom jgħinu fl-istħarriġ.

Bis-serqa kien infurmat ukoll il-Maġistrat tal-għassa, li ordna li ssir inkjesta u hu mifhum li dwar din is-serqa l-Pulizija kellmet ukoll ta’ numru ta’ persuni.

Aktar kmieni …
Persuna jew persuni mhux magħrufa wettqu sgass fil-Millennium Chapel f’San Ġiljan. Mill-ewwel informazzjoni miksuba minn maltarightnow.com jirriżulta li l-ħalliel jew ħallelin daħlu fil-Kappella billi kissru tieqa.

Jidher illi insterqu xi flus mill-kaxxa tad-donazzjonijiet kif ukoll minn “cash box” oħra. Jidher li b’kollox insterqu madwar €1,000. Il-ħallellin ma llimitawx ruħhom biss għas-serq hekk kif jidher li tkissret xi vetrina u statwa ta’ Ġesu Bambin.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan jinsabu fuq il-post u qed imexxu l-istħarriġ dwar il-każ

Sgass