“Forsi tiġik is-soduzzjoni minn dawk li xi darba sejjaħt ħbieb meta kellek bżonnhom, u li issa l-anqas tikkalkulahom għax ilħaqt!”
Ċittadin ta’ Ħaż-Zebbuġ ma ddejjaq xejn joħroġ ir-rabja tiegħu għas-Sindku Laburista ta’ din il-lokalita’, Alfred Grixti.
Fuq Facebook, resident ta’ Ħaż-Żebbuġ jgħid lil Alfred Grixti: “Pubblikament ngħidlek li jmissek tistħi tħalli r-raħal tagħna jiġi f’dan l-istat taż-żibel!”
“Minn fuq darna irid jaqla’ l-flus il-Kunsill Lokali, billi jibgħat il-gwardjani lokali jtuna ċ-ċitazzjonijiet talli pparkjati wara biebna?”
Permezz ta’ mistoqsija retorika, ir-resident jakkuża lis-Sindku Laburista li jrid jaqdi lil tal-qalba mill-koxxa, billi jagħmillhom ‘parkings’ riservati u ‘double yellow lines’.
Ir-resident itemm jgħid lil Alfred Grixti, li jmexxi l-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ b’maġġoranza Laburista: “Qed inħallilek dan il-kumment biex forsi tiġik is-soduzzjoni minn dawk li xi darba sejjaħt ħbieb meta kellek bżonnhom, u li issa l-anqas tikkalkulahom għax ilħaqt!”
Ara l-kumment sħiħ ta’ dan ir-resident hawn taħt:
//= $special ?>