Il-munita Russa – ir-rublu – ha daqqa kbira ‘l isfel fin-negozju fil-Borża llum. Dan minkejja d-deċiżjoni drammatika li saret mill-bank ċentrali tal-pajjiż biex jgħolli r-rati tal-imgħax minn 10.5 fil-mija għal 17 fil-mija.
Iż-żieda fir-rata kellha twassal biex issaħħaħ il-munita Russa iżda r-rublu tilef aktar minn 50 fil-mija kontra d-Dollaru Amerikan din is-sena, u dan minħabba prezzijiet baxxi fiż-żejt kif ukoll minħabba sanzjonijiet imposti mill-Punent.
Dawn iż-żewġ fatturi dgħajfu l-ekonomija tar-Russja.
//= $special ?>