Internazzjonali

Ir-Russja tista’ twaqqa’ ajruplan fuq l-Ingilterra b’mod aċċidentali

L-aġir aggressiv mir-Russja fl-ispazju tal-ajru Ingliż jista’ jwassal biex ajruplan tal-passiġġieri jitwaqqa’ b’mod aċċidentali. Michael Fallon, is-Segretarju Ingliż għad-Difiża avża li l-President Vladimir Putin qed jilgħab “logħba provokattiva u perikoluża” billi jordna bombers biex itiru fuq l-ibħra territorjali tal-Ingilterra.

Fallon qal li l-aggressjoni l-ġdida ta’ Putin tista’ wkoll tibda gwerra ma’ forzi tan-NATO. F’messaġġ spirtu pront, Michael Fallon qal li r-Renju Unit “għandu jipprepara għal konsegwenzi agħar” hekk kif il-President Russu jkompli jagħmel ta’ rasu.

Is-Segretarju għad-Difiża Ingliż qal li l-aġir Russu poġġa lill-ekwipaġġi tal-Qawwa tal-Ajru Ingliża “taħt pressjoni” u qed jirriskjaw inċident serju.

Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada