Ir-raġel li ġie arrestat fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn wara li allegatament kien qed jistupra mara f’San Ġiljan ħarab mill-kustodja tal-Pulizija t-Tlieta filgħaxija. Il-Pulizija qalu li r-raġel ħarab għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħaxija.
Ir-raġel, Seykou Ballde mill-Guinea ħarab mill-għassa ta’ San Ġiljan waqt li kien qed jassisti lill-Pulizija. Il-Pulizija qed jappellaw biex min għandu xi informazzjoni, jċempel lill-Pulizija.
//= $special ?>