Tqabad mal-aktar imħuħ kriminali, iżda James Bond kważi kien se jingħeleb minn avversarju ferm diffiċli – il-burokrazija Taljana. Ħafna mix-xeni għall-film il-ġdid ta’ James Bond – Spectre – se jkunu qed jinġibdu f’Ruma, b’ħames ġimgħat ta’ ffilmjar li mistenni jibda fi Frar.
Iżda l-aġent sigriet Ingliż, parti interpretata għar-raba’ darba mill-attur Daniel Craig, kien se jħabbat wiċċu mhux biss ma’ xi qafas terroristiku fittizju, iżda mal-burokrazija Taljana li ma tispiċċa qatt.
Dan wara li l-Gvern Taljan ippropona liġi ġdida li permezz tagħha, l-armi tan-nar kollha użati fuq is-sett iridu jkunu esposti għal verifika metikoluża u li tiswa l-flus, sabiex ikun aċċertat li dawn se jkunu qed jisparaw skrataċ imbjank u b’hekk ma kienu se jpoġġu lil ħadd f’riskju.
Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada
//= $special ?>

