Sitt persuni inqatlu u minn tal-inqas ieħor jinsab midrub wara li raġel ta’35 sena fetaħ in-nar fi tlett postijiet differenti qrib Philadelphia fl-istat ta’ Pennsylvania fl-Istati Uniti.
L-Awtoritajiet tal-Istat qalu li l-Pulizija qed ifittxu lis-suspettat li jista’ jkun armat u perikoluż. Hu maħsub li r-raġel, Bradley William Stone, qatel ukoll lill-eks mara tiegħu u l-familjari tagħha.
//= $special ?>