Internazzjonali

Jinqered qafas ta’ estremisti li rreklutaw terroristi nisa

Seba’ persuni, x’aktarx estremisti Iżlamiċi, kienu arrestati fi Spanja u l-Marokk, f’rejds li saru kontra qafas li kien qed jirrekluta n-nisa biex jingħaqdu mal-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq.

Erba’ persuni kienu arrestati f’rejds li saru fiz-zoni Spanjoli ta’ Ceuta u Melilla fit-Tramuntana tal-Afrika. Kien hemm arrest simili f’Barċellona. L-awtoritajiet fil-Marokk arrestaw tnejn oħra f’Castillejos, qrib Ceuta. Ingħad li dawn iz-zoni Spanjoli fl-Afrika ta’ Fuq kienu qed jattiraw numru ta’ ġiħadisti.

Ceuta u Melilla huma l-uniċi fruntieri Ewropej qrib l-Afrika filwaqt li joffru rotta ideali għal zoni fejn hemm il-konflitti vjolenti.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada