Lokali

Jose Herrera jolqot karozza u jibqa’ sejjer; l-ebda reazzjoni mill-Gvern

AĠĠORNATA (2)

It-Tlieta, għall-ħabta tas-7pm, is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera kien involut f’inċident bil-karozza tiegħu. Dwar dan il-każ, ma kien hemm l-ebda reazzjoni minn naħa tal-Gvern.

Persuni li raw l-inċident iseħħ qalulna li Jose Herrera kien fi Triq Villambrosa l-Ħamrun, meta għal xi raġuni, waqt li kien f’parkeġġ, irriversja u laqat karozza tat-tip Peugeot silver u baqa’ sejjer.

Kif telaq minn fuq il-post, Jose’ Herrera saq sa Ħal-Lija, fejn joqgħod.

Wara ftit ħin waslu quddiem id-dar ta’ Jose Herrera f’Ħal-Lija nies qrib tiegħu, u wara li raw fejn kienet milquta l-karozza, daħlu fil-karozza u telqu biha minn quddiem id-dar tas-Segretarju Parlamentari Jose Herrera.