Internazzjonali

L-Oppożizzjoni fl-Ażerbajġan tappella biex jinħelsu priġunieri politiċi

F’dimostrazzjoni li saret f’Baku, il-belt kapitali tal-Ażerbajġan, attivisti tal-Oppożizzjoni u s-sostenituri tagħhom appellaw lill-Gvern biex jeħles numru ta’ priġunieri politiċi u jtemm ir-ripressjoni fil-pajjiż.

Madwar 1,500 persuna kienu preżenti għall-protesta li ma ngħatatx permess mill-Gvern u li kienet organizzata mill-partit Musavat tal-Oppożizzjoni.

L-attività saret fl-istadium Mahsul qrib Baku.

Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.