Lokali

Liberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat fi żmien 18-il xahar

Jonathan Sciberras ta’ 32 sena minn San Ġwann kien liberat, bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena u nofs. Dan wara li nstab ħati mill-Maġistrat Josette Demicoli li kkaġuna ferita ħafifa u ferita gravi fuq ħuh Jean Paul waqt argument fir-residenza tagħhom f’San Ġwann.

L-Inċident seħħ fil-21 ta’ Settembru li għadda meta inqala argument bejn l-aħwa li eskala tant li f’ħin minnhom l-imputat qabad sikkina tal-laħam u beda jxejjirha fid-direzzjoni ta’ ħuh li min-naħa tiegħu ipprova jeħodhielu u spiċċa biex sofra ġrieħi ħfief f’idu l-leminija u ġrieħi gravi f’idu x-xellugija.

Il-Qorti ma aċċettatx it-teżi tad-difiża ta’ eċċess ta’ difiża leġittima u sabet lil Jonathan Sciberras ħati talli kkaġuna ferita ħafifa u ferita gravi fil-konfront ta’ ħuh iżda mhux ħati li bi traskuraġni, ikkawża ferita gravi. Iżda l-Qorti qieset iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, fosthom il-kondotta nadifa tal-imputat, il-fatt li Jean Paul Sciberras ħafer lil ħuh u li l-istess imputat esprima dispjaċir għal dak li ġara. Għaldaqstant il-Qorti illiberat lil Jonathan Sciberras bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien 18-il xahar.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana filwaqt li l-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta dehru għal Sciberras,