Żagħżugħ u t-tfajla tiegħu sfaw aggrediti minn grupp ta’ barranin fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan. Skont il-vittma, il-barranin kissru fliexken tal-vodka u bdew jhedduhom, qabel għaddielhom ftit flus u ħallewh bi kwietu.
Dan il-każ seħħ biss jumejn qabel tfajla Maltija allegatament sfat stuprata fl-istess triq.
Iż-żagħżugħ, li safa’ mhedded waqt li kien mat-tfajla tiegħu, qal li wara li ġara dak il-każ, allegatament għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħdou, għamel tliet telefonati lill-Pulizija biex jinfurmahhom b’dak li ġara. Madankollu l-Pulizija nfurmawna li m’għandom l-ebda rapport uffiċjali dwar dan.
Minkejja dan jidher li l-Pulizija xorta waħda ħadu azzjoni u bdew jgħassu iktar spiss din it-triq. Filfatt jumejn wara, kienu l-istess uffiċjali tal-Pulizija mill-għassa ta’ San Ġiljan li waqt ronda salvaw lit-tfajla Maltija li allegatament sfat vittma ta’ stupru.
//= $special ?>