Fl-aħħar jiem il-Union tal-Għalliema Maltin, l-MUT, ordnat lill-għalliema kollha tal-MCAST biex ma jiffirmawx policy dwar l-IT li tqassmet lill-lecturers kollha tal-MCAST.
Fi stqarrija, l-MUT qalet li din il-policy dwar l-IT saret mingħajr konsultazzjoni, u għalhekk iddireġiet lill-lecturers kollha biex ma jiffirmawx din il-policy.
Dan is-sit tkellem ma’ Franklin Barbara, is-Segretarju Ġenerali tal-MUT, li fisser kif il-policy hemm miktub li kull membru tal-istaff li jaċċessa s-sistema tal-internet tal-MCAST ikun soġġett għal moniterazzjoni mill-MCAST, u li din ikollha dritt taċċessa din l-informazzjoni.
//= $special ?>