Għall-erbatax–il sena konsekuttiva il-grupp the guiding light fi ħdan il-Knisja ta’ Ġesu Nazzarenu fix-Xagħra ser jippreżenta Presepju Ħaj bit-tema “Dawl veru li jdawwal kull bniedem” (Gw 1,9).
Il-grupp li jħaddan fih addoloxxenti u żgħażagħ f’mixja ta’ formazzjoni spiritwali, jippreżenta dan il-presepju bil-għan li jwassal messaġġ attwali lill-familji Maltin u Għawdxin u dawk kollha li jżuruh. Il-presepju joffri lill-viżtatur eseperjenza unika fejn fiha wieħed jista’ jinġabar u jixtar filwaqt li jipprova jiskopri l-fidi tiegħu mill-ġdid. Għalhekk b’differenza għal ħafna attivitajiet li jsiru fiż-żmien l-Milied, il-presepju ħaj ġewwa x-Xagħra jagħti importanza kbira lejn it-tifsira tar-rakkont tat-twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu, aktar milli l-ġrajja nnifisha u t-tradizzjonijiet marbutha magħha.
Huwa l-iskop tal-grupp li bir-rappreżentazzjoni ta’ din il-ġrajja jwassal il-ferħ tal-milied Ilum. F’din l-edizzjoni wieħed mistenni jinnota kontinwita mat-temi preċedenti bil-għan li jissaħħaħ il-messaġġ li jrid iwassal il-grupp. Il-presepju huwa msawwar b’irkejjen tradizzjonali marbuta mal-ħajja u użanzi tipiċi Lhudija ta’ elfejn sena ilu. Aparti l-impenn taż-żgħażagħ li jaħdmu minn xhur qabel sabiex jibnu l-istruttura tal-presepju, f’dan il-presepju timpenja ruħha l-komunita’ kollha bis-sehem ta’ numru ta persunaġġi bibliċi.
Il-Prespeju Ħaj, li jinsab eżatt faċċata tal-Knisja ta’ Ġesu Nazzarenu, fix-Xagħra (Għawdex), ser ikun miftuħ għal pubbliku f’dawn il-ġranet:
Fl-24 ta’ Diċembru 2014, fis-7.00 pm tberik u ftuħ tal-presepju.
Fil-25 ta’ Diċembru 2014, mil-4.00 pm sad-9.00 pm
Fis-26 ta’ Diċembru 2014, mis-6.00 pm sad-9.00 pm
Fit-27 ta’ Diċembru 2014, mis-6.00 pm sad- 9.00 pm
Fit-28 ta’ Diċembru 2014, mil-4.00 pm sat-8.00 pm
Fl-1 ta’ Jannar 2015, mil-4.00 pm sad-9.00 pm
Id-dħul huwa b’xejn
Għal iktar informazzjoni tista’ żżur il-facebook page Presepju Ħaj Xagħra jew ċempel fuq dawn in-numri: tel: 21560813 jew mob: 99248780
//= $special ?>