Instema’ jgħid “ma jimpurtax, iħallas l-Uffiċċju tal-Prim Ministru”
Għandu l-liċenzja skaduta bi kważi sena
L-Assistent tal-PM Joseph Muscat, Glenn Bedingfield, jaqla’ tliet multi f’temp ta’ ftit sigħat. Il-każ seħħ dalgħodu fix-Xatt ta’ Tas-Sliema, hekk kif nies li kienu għaddejjin mill-inħawi raw Gwardjani Lokali jwaħħlu ċitazzjoni fuq karozza tat-tip Fiat 500 bajda li kienet ipparkjata f’żona projbita u tirriżulta li hi l-karozza privata ta’ Glenn Bedingfield. Jidher li Bedingfield mar fil-post u, skont persuni li kienu fil-viċinanzi, indirizza lill-Gwardjani Lokali bl-aktar mod arroganti.
Irriżulta wkoll li l-liċenzja tal-karozza ilha skaduta minn Jannar li għadda u meta ġibdulu l-attenzjoni, Bedingfield instema’ jgħid “ma jimpurtax, iħallas l-Uffiċċju tal-Prim Ministru”, minkejja li l-karozza hi l-karozza personali tiegħu. Sadanittant, aktar kmieni llum stess, Bedingfield qala’ multa oħra f’Bormla minħabba li pparkja l-karozza fuq double yellow line.
//= $special ?>