Mill-inqas 25 persuna, fosthom 15-il tifel u tifla, inqatlu f’żewġ splużjonijiet ta’ karozzi bomba fil-provinċja ta’ Bayda fiċ-ċentru tal-Jemen.
It-tfal kienu f’xarabank tal-iskola li kienet għaddejja minn roadblock immexxija minn ribelli ta’ Shia Houthi fiz-zona ta’ Radaa, meta splodiet l-ewwel bomba.
It-tieni bomba splodiet ftit tal-ħin wara qrib id-dar ta’ mexxej Houthi.
Ir-ribelli waħħlu f’militanti ġiħaddisti Sunni minn al-Qaeda għal dawn l-isplużjonijiet. Dawn ilhom jiġġieldu f’Radaa mindu l-Houthi ħadu l-kontroll ta’ qagħda minn al-Qaeda f’Ottubru, xahar wara li okkupaw il-kapitali, Sanaa.
//= $special ?>