Minkejja fl-aħħar jiem f’pajjiżna smajna b’diversi każi ta’ moħqrija ta’ annimali, ritratt li ttella’ fuq Facebook wera li f’pajjiżna hawn ħafna iktar persuni li jħennu għall-annimali.
Ir-ritratt juri kelb tar-razza Pitbull li ttajjar minn vettura fiż-Żejtun. Għalkemm hu ħafna aktar faċli li dak li jkun ikompli sejjer, fil-post immedjatament inġabru numru ta’ persuni biex jgħinuh.
Xi ħadd saħansitra ġab biċċa drapp biex jgħatti lill-kelb, sakemm fuq il-post wasal il-veterenarju.
Sfortunatament il-kelb miet, madankollu din l-istorja fl-aħħar mill-aħħar twassal messaġġ mill-isbaħ dwar persuni li lesti jagħmlu minn kollox inkluż jagħtu l-ħin tagħhom għall-‘ħbieb tagħna’ ta’ erba’ saqajn.
//= $special ?>