Aġġornata
Tliet karozzi ħadu n-nar fi Triq Luigi Fontana, kantuniera ma’ Triq il-Kandlora, f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.35 tat-Tnejn filgħaxija, meta l-Pulizija ġew infurmati bil-każ.
Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Ħadd ma’ weġġa’ fl-inċident, madanakollu erba’ persuni ddaħħlu l-isptar peress li belgħu xi dħahen. Aktar tard pero’ intbgħatu lura d-dar.
Dwar il-każ qed issir inkjesta mill-Maġistrat Aaron Bugeja.
//= $special ?>