Lokali

Appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku biex jagħti d-demm għax il-Bank tad-Demm għandu nuqqas minn kull tip ta’ demm.

Fi stqarrija, iċ-Ċentru tad-Demm sostna illi għalkemm l-għoti tad-demm f’dawn l-aħħar jiem kien f’numri nkoraġġanti ħafna dan ma wassalx biex titla’ r-riserva għax l-aċċidenti ta’ kull tip u ta’ ċertu gravità baqgħu jseħħu tista’ tgħid kuljum.

Għaldaqstant is-Servizz jappella biex individwi flimkien mal-kollegi tax-xogħol jersqu biex jagħtu d-demm bit-tama li r-riserva titla’ malajr kemm jista’ jkun. Dan l-appell qed isir għall-benefiċċju tal-pazjenti kif ukoll għas-serħan il-moħħ, bi tħejjija għal dak kollu li jista’ jinqala f’dan f’dawn il-jiem ta’ festi li resqin lejna.

Għoti tad-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jista’ jsir kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.