Il-kantawtur Bob Dylan qed jieħu siltiet mużikali, oriġinarjament rekordjati minn kantanti kbar bħal Frank Sinatra, għall-album il-ġdid tiegħu – Shadows in the Night.
Is-36 studio album, li se joħroġ fit-2 ta’ Frar, se jinkludi għaxar uncovers.
“Ma narax lili nnifsi li, b’xi mod, qed inkopri dawn is-siltiet,” qal Dylan.
“Dawn ġew interpretati biżżejjed. Midfuna, fil-fatt. Dak li jien u l-band tiegħi qed nagħmlu hu li qed naqilgħuhom. Qed ngħolluhom mill-qabar u ntuhom il-ħajja.”
I’m A Fool To Want You, The Night We Called It A Day u What’ll I Do ta’ Irving Berlin, ilkoll rekordjati minn Frank Sinatra, huma fost il-kanzunetti li qed jinħadmu mill-ġdid minn Dylan u l-band tiegħu.
Kanzunetti oħrajn li jinsabu fl-album, bi produzzjoni ta’ Jack Frost, jinkludu Autumn Leaves ta’ Nat King Cole u Some Enchanted Evening mill-musical ‘South Pacific’ ta’ Rodgers u Hammerstein.
//= $special ?>