Lokali

Filmat: Xufier tal-Malta Public Transport Services joffendi lill-passiġġieri … u jikkonfronta anzjan wara li x-xufier stess ħa żball fit-triq

“Only in Malta”, “Crazy people” u fuq kollox “ara biex qed nerġgħu narmaw” … dawn kienu uħud mir-reazzjonijiet ta’ persuni differenti għal dan il-filmat, li oriġinarjament ittella’ fuq Facebook.

Kienet studenta tal-Università, li fi triqtha mill-Università ltaqgħet ma’ din ix-xena. Kif jidher fil-filmat, li nġibed fit-2 ta’ Diċembru, ix-xufier tal-kumpanija tal-Gvern li qed tmexxi s-servizz tat-trasport pubbliku beda billi beda jgħid kontra l-Maltin u l-Għawdxin li jużaw is-servizz pubbliku.

Imbagħad, fit-tieni ‘round‘, ix-xufier daħal f’konfront dirett ma’ passiġġier anzjan (ritratt) u ħa tiegħu wara li x-xufier stess ħa żball għax dar kantuniera b’oħra. Ma jonqosx kliem ħażin fil-konfront tal-passiġġieri inġenerali u anke fil-konfront tal-anzjan waqt l-argument bejniethom.

Il-filmat ġie ċċensurat minn MaltaRightNow.com.