Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, is-17 ta’ Diċembru.

IN-NAZZJON tirrapporta l-każ tar-raġel mill-Guinea li rnexxielu jaħrab mill-għassa ta’ San Ġiljan wara li allegatament kien inqabad jistupra mara. Dwan dan il-każ, THE TIMES OF MALTA tgħid illi r-raġel ħarab għaliex ma kienx immanetjat sew.

Mill-Qorti, IN-NAZZJON, THE MALTA INDEPENDENT u l-MALTA TODAY b’rapporti dettaljati dwar l-allegat abbuż sesswali minn Fr. Charles Fenech u l-kawża li bdiet tinstema fil-Qorti.

IN-NAZZJON u THE TIMES fil-faċċata jagħtuna l-aħbar xokkanti ta’ dak li seħħ f’Peshawar ilbieraħ fejn inqatlu 132 tifel u tifla.

Rapport ta’ Duncan Barry f’THE MALTA INDEPENDENT jiffoka fuq it-tallaba li qed jiżdiedu fit-toroq Maltin.

L-ORIZZONT jirrapporta li l-MUT ma kinitx taf bil-każ tal-għalliem li allegatament waħħal camera fit-toilet tal-kollegi tiegħu.

Fil-gazzetta MALTA TODAY naqraw kif għaqdiet ambjentali huma irrabjati għall-fatt li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jkabbar iż-żoni li fihom wieħed jista’ jibni. F’rapport ieħor, l-istess gazzetta issegwi l-allegat każ ta’ hit-and-run mis-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera.