Lottu u Super 5

Il-Jackpot tas-Super 5 jibqa’ ma jintrebaħx

Il-Jackpot tas-Super 5 ta’ din il-ġimgħa baqa’ ma ntrebaħx. Issa s-somma mistennija tkompli tiela hekk kif il-ġimgħa d-dieħla s-somma li tista’ tintrebaħ mhux se tkun anqas minn €1,500,000.

Illum il-biljetti rebbieħa b’erbgħa numri intrebħu minn 45 persuna filwaqt li n-numru ta’ persuni li rebħu bi tlett numri huwa ta’ 1,918.

Dawn huma n-numri tas-Super 5 li telgħu illum:

14 • 22 • 37 • 38 • 40