Ekonomija Internazzjonali

Il-kumpanija Apple twaqqaf il-bejgħ fir-Russja

Il-kumpanija Apple qalet li hi ma tistax tbigħ prodotti fuq l-internet fir-Russja għax il-valur tar-rublu, il-munita Russa, hi ferm volatili għaliha sabiex twaqqaf il-prezzijiet.

Il-kumpanija waqfet il-bejgħ tal-iPhones, l-iPads tagħha u ta’ kull prodott ieħor fil-pajjiż wara li r-rublu ħa daqqa kbira ‘l isfel.

Ir-rublu tilef aktar minn 20 fil-mija tal-valur din il-ġimgħa, minkejja deċiżjoni drammatika li saret mill-Bank Ċentrali tar-Russja, li jogħlew ir-rati tal-imgħax, minn 10.5 fil-mija għal 17 fil-mija.