Il-Prim Awla tal-Qorti Civili ċaħdet it-talba ta’ Island Buses Malta Limited għall-ħruġ ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni kontra l-Awtorità għat-Trasport f’Malta, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Gvern, u Malta Public Transport Services Ltd dwar it-tender tat-trasport pubbliku.
Għaldaqstant, b’din id-deċiżjoni l-ftehim mal-kumpanija Spanjola dwar it-trasport pubbliku jista’ jibqa’ għaddej. L-Imħallef Jacqueline Padovani Grimna qalet li dan seħħ għax ma ntweriex li jirriżultaw l-elementi kollha mitluba mil-Liġi għall-ħruġ tiegħu.
Il-mandat sar għax il-kumpanija lokali ħassitha li ma kienx hemm dak li jissejjaħ level playing-field bejnha u l-kumpanija Spanjola Autobuses de Lyon, li ngħatat it-tender. Il-Qorti qalet li s’issa għad m’hemm l-ebda ftehim iffirmat u għalhekk għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet u n-negozjati bejn l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u Autobuses De Leon SL.
Għalhekk, il-kumpannija Island Buses Malta Limited hi għal kollox prematura meta tallega li twettqu xi irregolaritajiet jekk in-negozjati għadhom ma spiċċawx. Il-Qorti qalet li l-kundizzjonijiet tas-sejħa kienu jispeċifikaw b’mod ċar li l-offerta tal-preferred bidder kellha tkun soġġetta ghal diskussjonijiet u negozjati.
//= $special ?>

