Il-President Amerikan Barack Obama għamel diskors fuq it-televiżjoni u ħabbar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi ma’ Kuba.
“L-iżolament ma ħadimx. Dan hu żmien ġdid,” sostna l-President Obama.
Il-President tal-Istati Uniti ħabbar bidla fil-politika Amerikana lejn Kuba. Hu qal li l-uffiċjali fil-White House f’Washington irrealizzaw ix-xewqa tiegħu li l-pajjiż jerġa’ jkollu rabtiet politiċi ma’ Kuba li kien blacklisted sa minn żmien il-Gwerra Bierda.
Wara telefonata mal-mexxej Kuban Raul Castro, li damet aktar minn 45 minuta, Obama qal li r-relazzjonijiet diplomatiċi se jkunu stabbiliti mill-ġdid għall-ewwel darba sa mill-1961.
Sadattant aktar kmieni llum, l-awtoritajiet f’Havana ħelsu liċ-ċittadin Amerikan Alan Gross mill-ħabs. L-anzjan ta’ 65 sena kien arrestat f’Kuba f’Diċembru tal-2009 waqt li kien qed jaħdem bħala kuntrattur għall-Aġenzija Amerikana dwar l-Iżvilupp Internazzjonali. Gross kien akkużat li kien qed jipprova jrawwem bidla politika f’Kuba permezz ta’ programmi illegali.
//= $special ?>

