Internazzjonali

It-Taliban joqtol għaxra f’attakk fuq bank fl-Afganistan

Għaxar persuni nqatlu f’attakk mit-Taliban fuq bank fil-provinċja ta’ Helmand, fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

Uffiċjali Afgani qalu li militant sploda lilu nnifsu u tliet estremisti oħrajn inqatlu minn forzi tas-sigurta’wara konfront li dam madwar erba’ sigħat.

Il-bank f’Lashkar Gah, il-kapitali tal-provinċja ta’ Helmand, x’aktarx kien mimli bil-klijenti dak il-ħin tal-attakk, b’numru ta’ uffiċjali tal-gvern kienu qed jiġbru l-pagi tagħhom.

It-Taliban intensifika l-attakki tiegħu hekk kif truppi barranin qed jippreparaw biex jirtiraw sa tmiem din is-sena.