Internazzjonali

Jista’ jkun l-aħħar Dalai Lama

Il-mexxej spiritwali eżiljat tat-Tibet, id-Dalai Lama, qal li hu qed jirrealizza li hu jista’ jkun l-aħħar persuna li se żżomm it-titlu.

Hu stqarr li jkun aħjar li t-tradizzjoni, li tmur lura sekli sħaħ, tieqaf milli tkompli “fi żmien ta’ xi Dalai Lama popolari”.

Id-Dalai Lama ssuġġerixxa li r-Renju Unit ħadet attitudni kemxejn laxka fil-konfront taċ-Ċina dwar il-protesti li saru minn dimostranti favur id-demokrazija f’Hong Kong. U dan, skont id-Dalai Lama, għal raġunijiet jew skopijiet finanzjarji.