Ir-Reverendu Libby Lane saret l-ewwel isqof mara għall-Knisja Protestanta fir-Renju Unit, wara xahar biss mindu saret bidla storika fil-liġi kanonika. Hi se ssir l-ewwel Isqof ta’ Stockport. Din il-kariga ilha vakanti minn Mejju.
Libby Lane kienet ilha tmexxi l-parroċċa ta’ St. Peter’s Hale u ta’ St. Elizabeth’s Ashley, fid-djoċesi ta’ Chester mill-2007.
Il-ħatra se ttemm sekli ta’ tmexxija tal-Knisja Protestanta mill-irġiel u ġiet 20 sena wara li n-nisa saru qassisin.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada
//= $special ?>

