Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) lesta tagħti direttivi għal diversi privileġġi li qed jingħataw infermiera Spanjoli fuq l-infermiera Maltin.
Fi stqarrija, l-MUMN qalet l-infermiera li ddaħħlu u dawk li se jiddaħħlu f’Jannar 2015 mhux se jingħataw il-privileġġi li ngħataw l-infermiera Spanjoli, filwaqt li dawk li ddaħħlu fl-aħħar grupp se jitpoġġew f’San Vinċenz de Paul u l-Isptar Monte Carmeli, anke jekk għażlu li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei.
Fi stqarrija, l-MUMN qalet li dan ifisser li l-infermiera Spanjoli li kienu diġà impjegati u dawk li jistgħu jkunu impenjati fil-futur mid-Diviżjoni tas-Saħħa ma jistgħux jitpoġġew f’San Vinċenz jew Monte Carmeli, iżda se jkollhom il-privileġġ li jagħżlu l-post tax-xogħol li jridu jaħdmu fih, wisq probabbli l-Isptar Mater Dei.
L-MUMN qalet li filwaqt li l-Għawdxin iridu jiġu minn Għawdex biex jaħdmu Malta u l-infermiera mill-Mellieħa u Birżebbuġa jridu jivvjaġġaw distanzi twal biex jaħdmu, l-infermiera Spanjoli ngħataw il-privileġġ li jibqgħu l-Isptar Mater Dei ħalli ma jkollhomx il-problema tad-distanza.
Fl-istqarrija, l-MUMN qalet li dawn il-privileġġi saru mill-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u d-Diretturr tal-Infermiera fid-Diviżjoni tas-Saħħa, li qed jiġġustifikaw u jipproteġu lill-infermiera Spanjonali. L-MUMN qalet li l-azzjonijiet se jsiru għax kien hemm qbil li l-infermiera l-ġodda, irrispettivament mill-pajjiż tagħhom, jiġu assenjati wara li jkunu ntużaw l-infermiera kollha f’Mater Dei.
Bħalissa hemm infermiera fl-Isptar Monte Carmeli u San Vinċenz li kienu mwegħda jitpoġġew f’Mater Dei meta jkun hemm postijiet vakanti, iżda dawn ġew ittraduti mid-Direttur tal-Infermiera u d-Direttur tar-Riżorsi Umani billi l-aħħar infermiera li ddaħħlu ma tpoġġewx f’San Vinċenz.
L-MUMN sostniet li s-Segretarju Parlamentari Fearne ħalla dan kollu jsir u ma intervenjiex f’isem l-infermiera Maltin u oħrajn, li qed jistennew li jiġu trasferiti għall-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>