Internazzjonali

Mistoqsijiet dwar il-passat kriminali tal-aggressur

Il-Prim Ministru tal-Awstralja Tony Abbott talab għal aktar tagħrif dwar il-ħajja u t-twissijiet li kienu saru fuq ir-raġel armat li kien il-moħħ wara l-assedju f’kafetterija f’Sydney nhar it-Tnejn.

Il-Prim Ministru Awstraljan qal li l-mistoqsijiet għandhom isiru dwar kif Man Haron Monis ma kienx fuq il-lista tal-aktar nies magħrufa mill-awtoritajiet minkejja storja ta’ vjolenza u instabbiltà mentali.

Monis inqatel flimkien ma’ żewġ ostaġġi oħra meta l-Pulizija daħlet fil-kafetterija wara li l-aggressur ħataf numru ta’ persuni bħala ostaġġi.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada