Lokali Qorti

Niġerjan mixli li importa 640 gramma kannabis minn Sqallija

Niġerjan ta’ 30 sena li jgħix Sqallija inżamm taħt arrest preventiv mill-Maġistrtat Anthony Vella wara li kien mixli b’importazzjoni ta’ 640 gramma ta’ kannabis permezz tal-Catamaran.

Nhar it-Tnejn li għadda l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat lil Eshiemokhai Yakubu Okhiulu u wara li dan ġie interrogat kien mixli b’assoċjazzjoni u dan b’konnessjoni mat-traffikar ta’ droga li daħlet Malta bil-baħar minn Sqallija.

Allegatament il-kannabis kienet moħbija qalb ikel f’bagalja.
Il-Catamaran wasal Malta minn Pozzallo fi Sqallija ftit qabel l-10.00 p.m., bil-Pulizija mill-Iskwadra mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant, ressqu lin-Niġerjan li huwa residenti f’Agrigento, fi Sqallija.

Minn tfittixja li saret f’bagalja li kien qed iġorr, il-Pulizija sabu d-droga moħbija qalb xi ikel. Din kienet moħbija bejn l-ikel b’tentattiv li jfixkel lill-klieb tal-Pulizija, iżda dan it-tentattiv falla. In-Niġerjan ġie mixli wkoll b’pusses ta’ l-istess droga. L-Avukat tiegħu Patrick Valentino m’għamilx talba għal ħelsien mill-arrest.