Lokali

Aġġornata: Protesta quddiem l-ambaxxata Libjana

Kmieni dalgħodu, numru ta’ Libjani nġabru quddiem l-Ambaxxata f’Ħal Balzan f’dik li tidher li hi protesta paċifika minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż u li qed tkompli tiddeġenera. Fil-post issejħu numru kbir ta’ Pulizija, li ċċirkondaw il-binja tal-Ambaxxata bil-barrikati.

Jirriżulta li l-Libjani qed jipprotestaw biex jgħidu tagħhom dwar il-ħatra tal-Ambaxxatur il-ġdid għal Malta. Dan hekk kif il-Gvern leġittimu, ibbażat f’Tobruk, ħatar lil Al Habib Alamin bħala Ambaxxatur f’pajjiżna. Hu mistenni jidħol fl-Ambaxxata llum wara li fl-aħħar jiem kien qed joqgħod f’lukanda.

Fil-jiem li għaddew il-Gvern illeġittimu, ibbażat fi Tripli, innomina lil Hussein Musrati, iżda din in-nomina ma ġietx aċċettata. Għaldaqstant, rapporti qed jgħidu li ċ-Charge d’Affairs, li jappoġġja l-Gvern illeġittimu fi Tripli, ma jridx joħroġ mill-Ambaxxata Libjana.

Aktar dettalji kif jaslulna …