Tmienja fil-mija tan-nisa jsofru mill-mard tal-kanċer tas-sider. Ir-rata ta’ fejqan għal dan il-kanċer hu ta’ 95 fil-mija meta l-kanċer jinqabad fi stadju bikri.
Jirriżultaw madwar 300 każ ta’ kanċer fis-sider fis-sena. Ikun hemm ukoll madwar 80 mewt fis-sena fil-każi ta’ nisa li l-kanċer ikun identifikat tard.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearn, meta kien qed iwieġeb għal diversi mistoqsijiet supplimentari ta’ diversi membri parlamentari għal mistoqsija li għamel id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, li staqsa lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa u l-Enerġija, Konrad Mizzi, li ma kienx preżenti fil-Parlament, dwar l-iscreening unit.
Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li jkun hemm madwar 300 stedina fil-ġimgħa lil nisa biex jattendu għall-eżami ta’ screening tas-sider, li għalih jirrispondu madwar 60 fil-mija tan-nisa.
Issa li beda jsir it-tieni ċiklu ta’ screening fuq in-nisa li diġà kienu msejħa biex jagħmlu l-ewwel screening, qed ikun hemm rispons ta’ madwar 80% li qed jattendu għall-iscreening.
//= $special ?>