Ħabta bejn żewġ karozzi fix-Xatt tal-Gżira ħoloq kaos fit-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku.
Il-ħabta seħħet ftit minuti wara 12pm bejn karozza tat-tip BMW li kienet sejra fid-direzzjoni lejn Tas-Sliema u karozza tat-tip Renault li kienet sejra fid-direzzjoni opposta.
Mhux magħruf x’wassal għall-inċident. Jidher li ħadd ma weġġa’ fil-ħabta u fil-post kellhom jissejjħu Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku biex imexxu t-traffiku.
//= $special ?>