Kulħadd — mill-kbar saż-żgħar — għandhom l-istess perċezzjoni ta’ Santa Klaws bħala simbolu tal-Milied ‘baħbuħ, dejjem mgħobbi bir-rigali, u li jistimola l-ispirtu tal-festi bħal ebda karattru ieħor.
Għaldaqstant, wieħed jifhem ir-reazzjoni ta’ grupp tat-tfal f’Aberdare, f’Wales, li nfaqgħu jibdku malli raw il-pulizija jdaħħlu lil ‘Santa Klaws’ ġo vann u jsuqu ‘l hemm bih b’kemm jiġru.
Dan seħħ waqt serata għall-komunita u l-affarijiet ma setgħux kellhom bidu aqwa, meta Santa Klaws wasal fuq il-post – bis-slitta u r-reindeer – u beda jqassam ir-rigali lit-tfal miġburin fl-inħawi.
L-organizzaturi tal-avveniment, imbagħad, ġiethom l-idea li jipprovdu t-trasport lil ‘Santa’ biex ikun jista’ joħroġ bl-inqas problemi miċ-ċentru tal-belt u ddeċidew li l-vettura tal-pulizija kienet ideali fiċ-ċirkostanzi.
Iżda t-tfal ċkejknin ma setgħux jifhmu u tbikkmu ladarba ħasbu li ‘Santa kien spiċċa arrestat quddiem għajnejhom’. Ħafna mill-ġenituri intervistati qalu li uliedhom damu xxukkjati, fost ħafna biki talli ‘Santa Klaws ma kienx se jġibilhom it-‘toys’ din is-sena’.
//= $special ?>