Internazzjonali Kurżitajiet

Ebda koppja m’hi se titħalla tidħol f’ristorant Ġappuniż lejlet il-Milied

Stabbiliment tal-ikel f’Tokjo ħabbar li se jirrifjuta milli jservi lill-koppji lejlet il-Milied għax il-ferħ tagħhom se jkun qed ifakkar lil klijenti single dwar is-solitudni tagħhom.

Is-sid ta’ PiaPia, stabbiliment li jservi l-għaġin fis-subborg ta’ Hachioji fil-Punent ta’ Tokjo, poġġa sinjal miktub bl-idejn mat-tieqa tar-ristorant li jaqra,”Se nkunu qed nirrifjutaw id-dħul lill-koppji kollha fl-24 ta’ Diċembru, mingħajr ebda eċċezzjoni!”

Il-messaġġ hu akkumpanjat bi tpinġija ta’ figura ta’ raġel bil-kulur blu, u figura ta’ mara bil-kulur aħmar kif ukoll qalba b’salib kbir aħmar jaqsam it-tpinġija.