Lokali Parlament

Filmat: Il-Liġi dwar l-Obeżità hi fost l-ewwel fl-Ewropa li titratta t-totalità tal-kundizzjoni – il-WHO

Irridu ndaħħlu l-mentalita’ li l-ilma hu l-aqwa mediċina.

Qal dan Gauden Galea, rapprezentant tal-Organizazzjoni Dinija ghas-Saħħa, l-WHO, li ġie Malta għal tlett ijiem biex flimkien mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista jiddiskuti l-liġi li ressaq il-Partit Nazzjonalista f’Ġunju dwar l-Obeżita’.

L-Erbgħa filgħodu nfatti, fil-Parlament, Gauden Galea, iltaqgħa mal-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ u l-Isport, Robert Cutajar u l-Whip tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, biex flimkien jiddiskutu din il-liġi.

Liġi li waslet fl-istadju tat-tieni qari u li hi fost l-ewwel fl-Ewropa li titratta l-obeżita’ fit-totalita’ tagħha, kif spjega anke r-Rappreżentant tal-WHO.

Minn naħa tiegħu Robert Cutajar ħabbar x’se jkun qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista , s-sena d-dieħla, biex din il-liġi minbarra li tkun approvata mill-Parlament tħalli l-impatt tagħha veru fuq saħħet il-Poplu.

Robert Cutajar kompla jispjega li permezz ta’ din il-konferenza Nazzjonali l-Oppożizzjoni tkompli taħdem biex il-liġi tidħol fis-seħħ mingħajr kontroversji politiċi bejn iż-żewġ naħat biex anke jintlaħqu il-miri tal-WHO sas-sena 2020. Miri li jinkludu li l-popolazzjoni f’pajjiżna tal-persuni b’piż żejjed tonqos b’ħamsa fil-mija u anke aktar, li tfisser tlett miljun ewro fis-sena frankati mill-ispiża tas-saħħa.