Lokali

FILMAT : “Ma ndunajtx li ħbatt” – Jose’ Herrera

Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ftit tal-ħin ilu mistoqsi minn maltarightnow.com jekk jumejn ilu filgħaxija fi Triq Villambrosa fil-Ħamrun biswit l-uffiċċju tiegħu fejn kien ipparkjat wrong side laqatx xi karozza oħra, qal li ma jeskludix li kellu inċident ta’ ħabta, imma jekk dan kien il-każ, il-ħabta kienet żgħira ħafna u rapport lill-Pulizija ma għamilx.

Dalgħodu Josè Herrera wieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar inċident ta’ ħabta li sar nhar it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tas-7p.m. meta waqt li s-Segretarju Parlamentari kien se joħroġ mill-parkeġġ fejn kien ipparkjat, allegatament laqat karozza li kienet ipparkajta quddiemu fl-istess Triq Villambrosa.
Għal mument hu niżel mill-karozza tiegħu BMW bil-marka tar-reġistrazzjoni LQZ 492, deher ipejjep sigarett u mbagħad saq lejn id-dar tiegħu f’Ħal-Lija.
Il-kontenut sħiħ tal-intervista mas-Segretarju Parlamentari Josè Herrera tistgħu ssegwuh fil-filmat anness.