Kultura

Għal sena oħra: jittella’ l-presepju ħaj ta’ Ħal Lija

Il-Klabb Soċjali tas-Soċjeta’ Sant’Andrija, fil-lokalita’ ta’ Ħal Lija, għal darb’oħra se ttella’ l-presepju ħaj: wirja li ta’ kull sena tiġbed lejha eluf ta’ Maltin u turisti li jkollhom iċ-ċans jgħixu għal ftit l-esperjenza tan-Nativita’ fit-toroq tipiċi Maltin.

Kif jixhdu r-ritratti, il-wirja se tkun tikkonsisti f’numru ta’ stadji jew mixjiet, li jirrakkontaw il-ġrajja tal-Milied kif ukoll it-tradizzjoni folkloristika marbuta ma’ din l-istorja. Fuq kollox, tispikka l-grotta fejn twieled Ġesu’ Bambin.

Il-wirja tiftaħ għada fis-7.30pm u tkompli s-Sibt, il-Ħadd u l-Ħamis (Jum il-Milied), kif ukoll tmiem il-ġimgħa d-dieħla (is-Sibt u l-Ħadd) bejn is-6pm u t-8.30pm.