Edukazzjoni Lokali

Grupp ta’ studenti tal-Junior College jżuru l-MIC

Grupp ta’ studenti li jattendu fil-Kuleġġ ta’ G.F. Abela Junior College attendew għall-attivita’ bl-isem ta’ ‘Hour Code‘ li kienet mtella’ mill-Microsoft Innovation Centre (MIC) f’Ħal-Luqa. Din l-attivita’ kienet organizzata fuq skala internazzjonali u l-għan ewlieni tagħha kien li tgħin il-istudenti biex jesperjenzaw ftit mill-ħajja li jista’ jkollhom jekk ikomplu fuq l-istudju tal-informatika u l-computing.

Kif l-isem tal-attivita’ jindika l-esperjenza ta’ dan il-programm dam siegħa. L-istudenti kienu preżentati programm ġdid li jservi tajjeb għall-istudji tagħhom.