Ambjent Lokali

Il-“fabbrika tal-kanċer” li l-Gvern żammha taħdem bl-HFO

Din li qed taraw hija ittra li kien bagħat Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, lir-residenti ta’ Marsaxlokk u Marsaskala waqt il-kampanja elettorali. Hawnhekk, Muscat isemmi kif bosta persuni qed jimirdu bil-kanċer minħabba li jgħixu viċin il-power station.

Muscat kien iddeskriva l-BWSC bħala fabbrika tal-kanċer. Iżda llum il-Prim Ministru għadu ma qalibiex ghad-diesel, u ħalliha taħdem bil-Heavy Fuel Oil (HFO).

Fl-ittra, Muscat isemmi tifel Xlukkar ta’ tliet snin li għandu kanċer, hekk kif fl-2013 hu kien kontinwament juża dawn l-eżempji. Sal-lum, kważi sentejn mill-Gvern ta’ Muscat, il-power station għadha taħdem bl-HFO.