Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, it-18 ta’ Diċembru.

IN-NAZZJON jirrapporta fid-dettall dak kollu li qed iseħħ fost il-komunita’ Libjana f’pajjiżna u s-sitwazzjoni ta’ inċertezza fl-Ambaxxata Libjana. F’rapport ieħor, naqraw kif matul l-2014 il-PN offra Oppożizzjoni effettiva u kredibbli.

THE MALTA INDEPENDENT tgħidilna illi s-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku se jibda f’Jannar, filwaqt li anke L-ORIZZONT jirrapporta li jista’ jiġi ffirmat il-kuntratt mal-operatur il-ġdid Autobus de Leon.

THE TIMES OF MALTA tirrapporta kummenti ta’ Mons. Charles Scicluna li jaqbel mal-President tar-Repubblika dwar il-fatt illi l-fidi Kattolika m’għadiex ċentrali għas-soċjeta’ tagħna, għalkemm jgħid li dan huwa ta’ ġid għas-soċjeta’