Il-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna li jiġi pprovdut bl-aqwa servizz possibbli u kif imwiegħed kemm-il darba mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi. Dan wara d-deċiżjoni tal-Qorti li wittiet it-triq biex il-Gvern jiffirma l-kuntratt mal-kumpanija Spanjola biex jibda servizz ġdid tat-trasport pubbliku minn Jannar.
Fi stqarrija f’isem il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport Toni Bezzina, il-Partit Nazzjonalista qal li dan il-kuntratt ilu mill-bidu nett f’nofs kontroversja wara li sar magħruf li l-Ministru Mizzi mar Spanja sa minn qabel ma ntgħażlet l-aħjar offerta biex jinnegozja mal-kumpanija Autobuses de Leon.
Il-PN qal li żgur li l-ewwel pjan tal-Gvern falla bis-servizz, matul l-aħħar sena pprovdut mill-Gvern imur għall-agħar, tant li konsegwentament żdied it-traffiku fit-toroq Maltin. Issa, b’sussidju li fl-ewwel sena se jkun ħafna aktar mid-doppju dak imħallas lill-kumpanija Arriva, u li se jiżdied mit-tieni sena ‘l quddiem, il-poplu Malti qed jistenna li s-servizz tat-trasport pubbliku jkun tal-aqwa kwalità … li jixraqlu, komdu u fil-ħin.
//= $special ?>