Ekonomija

L-estensjoni tal-kera ta’ House of Four Winds fil-qofol tal-Laqgħa Annwali tal-BOV

Il-ftehim tal-estensjoni tal-kera ta’ House of Four Winds mill-Bank of Valletta mal-Gvern kien punt ta’ diskussjoni mqanqal waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Bank of Valletta.

L-azzjonisti kienu qed jirreferu għall-ftehim li bih l-Enemalta ħallset lill-Gvern kważi 5 miljun ewro biex jestendi l-kera tal-House of Four Winds għal ċens ta’ 65 sena.

Matul il-laqgħa, ic-Chairman tal-Bank of Valletta iġġustifika din id-deċizjoni biex ikabbar id-dħul minn dan l-investiment fuq iktar snin u l-ammont imsemmi kien miftiehem fuq valutazzjoni kemm tal-perit tal-Gvern kif ukoll il-perit tal-Bank.

Cassar White kompla li l-bank investa f’ammont konsiderevoli ta’ flus f’rinovazzjoni ta’ din il-proprjeta’.

Il-Kera ta’ The House of Four Winds ingħatat mill-Gvern bi tpartit mal-uffiċċju li kellha qrib it-Teatru Rjal li twaqqa’ bħala parti mill-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta.

Il-ftehim oriġinali kien iffirmat fl-2010 u kien jikkonsisti fil-kirja ta’ The House of Four Winds għal 30 sena.