L-Ogħla Qorti tal-UE iddeċidiet li l-obeżita kapaċi tikkostitwixxi diżabbilta, fil-kuntest tal-liġi Ewropea.
Dan wara li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kienet mitluba tgħaddi l-verdett fil-każ ta’ raġel, residenti fid-Danimarka u li xogħolu jinvolvi r-responsabbilta għat-tfal. Ir-raġel, Karsten Kaltoft, li jiżen mal-160 kilogramma, qal li hu tkeċċa mix-xogħol ‘minħabba l-ħxuna eżaġerata tiegħu’; bil-qorti ssostni li l-obeżita tista’ tgħodd bħala diżabbilta, fil-każi fejn tkun qed tostakola ‘sehem sħiħ u effettiv’ fid-dinja tax-xogħol.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>