Lokali Unjoni Ewropea

L-Oppożizzjoni lesta tkompli tagħti l-ideat tagħha dwar l-użu tal-fondi Ewropej

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Kummissjoni Ewropea approvat l-applikazzjoni ta’ Malta għall-SME Initiative għas-snin bejn l-2014 u l-2020. Din hija aħbar pożittiva għal Malta li tikkonferma l-fiduċja li l-Unjoni Ewropea għandha fin-negozji Maltin u Għawdxin.

Fid-dawl ta’ din l-aħbar, l-Oppożizzjoni qed terġa’ ssostni l-pożizzjoni tagħha li lesta li tkompli tagħti l-ideat tagħha dwar kif il-fondi Ewropej, fost l-oħrajn anke dawk iggarantiti mill-SME Initiative, jistgħu jintużaw bl-aħjar mod għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

L-Oppożizzjoni tfakkar li matul din is-sena diġà għamlet 70 proposta dwar kif għandhom jintużaw fondi Ewropej li diġà ġew approvat għal pajjiżna sas-sena 2020.